Noti tad-Djarju ta’ Santa Fawstina Kowalska (Noti 203-206) għal par. 1201-1210

It-Tielet Pitazz – Noti 203-206 (għal paragrafi 1201-1210)

203. Aktarx Swor Helen, li kienet is-Superjura tad-dar ta’ Rabka. Swor Helen – Mary Urbanska twieldet fl-1884, daħlet soru mal-Kongregazzjoni fl-1908. Kienet infermiera u fl-1932 ħadet f’idejha t-treġija tad-dar li kienu għadhom kif akkwistaw f’Rabka. Mietet f’Rabka fis-6 ta’ Awwissu 1940.

204. “Ftakar” – talba lil San Ġużepp li l-Kongregazzjoni kollha kienet tgħid kuljum.

205. Forsi kien wieħed mill-patrijiet Benedittini, Kazimerz Ratkiewicz (1906- 1965), li kien ħabib tas-sorijiet f’Rabka. L-ewwel grupp tal-Benedittini wasal fil-Polonja fl-1936 u mar joqgħod fil-villa “Jaworzyna” f’Rabka, mhux bogħod mid-dar tal-Kongregazzjoni tal-Madonna tal-Ħniena jisimha “Loretto”. Il-patrijiet kienu jqaddsu hemmhekk regolarment, u x-xogħol ta’ Patri Ratkiewicz kien li jqarar is-sorijiet. Kien ħbieb sewwa ma’ “Loretto”, u aktarx ħafna, li kien hu li qarar lil Swor Fawstina.

206. In-novena li tinsab fid-Djarju ġiet ippublikata fl-1937, b’xi tibdil, f’fuljett li kien jismu Chrystus Krol Milosierdzia (Kristu Sultan tal-Ħniena) mid-dar editriċi J.Celbuski, Krakovja. Il-qoxra kellha stampa bil-kulur ta’ Kristu Ħanin bir-raġġi u l-kliem “Jezu, ufam Tobie” (“ Ġesu’, jiena nafda Fik”). Il-fuljett kien jinkludi n-novena tal-Ħniena Divina, il-Litanija u l-Kurunella. Is-superjura tad-dar ta’ Krakovja, Madre Irene Krzyzanowska kienet tibgħat il-fuljett lid-djar l-oħra tal-Kongregazzjoni. Is-sorijiet kienu jgħidu t-talb fil-privat, imma ma kinux jafu minn fejn kienu qed joriġinaw.