Talba ta’ Tberik tax-Xbieha tal-Ħniena Divina

Missier Qawwi u Etern, fit-tjubija tiegħek, bierek u qaddes din ix-xbieha tal-Ħniena Divina, Ibnek il-Maħbub, li tpittret biex tirrivelalna l-imħabba kbira tas-Salvatur Imsallab u Rxuxtat, il-Ħniena Divina personifikata. Għinna niftakru l-għejun ta’ Demm u Ilma li ħarġu mill-Qalb minfuda tiegħu biex ikun għalina għajn bla tmiem ta’ ħniena. 

Agħti lil dawk kollha li jfittxu l-Ħniena Tiegħek permezz ta’ din x-xbieha quddiem għajnejhom, il-grazzja tal-indiema sinċiera, maħfra u paċi. Ħarishom minn kull deni għar-ruħ u l-ġisem f’din il-ħajja. 

Ġesù, Salvatur maħbub tagħna, waqqaf f’din ix-Xbieha t-Tron tal-Ħniena tiegħek. Sawwab fuqna lkoll li nersqu lejha bil-fidi u l-fiduċja, ir-raġġi dejjem ħerġin minnha bħal kewkba tiddi li jsaffu, jfejqu u jqaddsu. Ħares lejna bħalma għamilt minn fuq is-salib bl-imħabba u l-ħniena kbira tiegħek sabiex aħna nimtlew bil-grazzja tiegħek.

Permezz ta’ din ix-Xbieha, jalla l-Ħniena Divina tiegħek tirbaħ fuq il-qawwiet kollha tal-ħażen. Jalla dawk kollha li jqimu din ix-Xbieha ma jintilfu qatt. Jalla tkun il-ferħ f’ħajjithom, it-tama f’mewthom u l-glorja fl-eternità għal dejjem ta’ dejjem. Dan nitolbuh bi Kristu Sidna. Ammen!