Merħba

faustinum-sanctuary-krakow-poland-e1497005439389.jpg

F’dan is-sit se ssibu d-Djarju li kitbet Swor Fawstina Kowalska, li kellha viżjonijiet ta’ Kristu li talabha biex tħeġġeġ id-devozzjoni lejn il-Ħniena Divina ta’ Alla lejn il-bnedmin.

Din is-soru kienet ġiet ddikjarata qaddisa mill-Papa San Ġwanni Pawlu ll nhar il-Ħadd 30 ta’ April tas-sena 2000.

Kien il-konfessur tagħha li ħeġġiġha biex tikteb l-esperjenzi u r-riflessjonijiet tagħha fi djaru ta’ ‘l fuq minn 600 paġna. L-ammonizzjonijiet tagħha wasslu għat-twaqqif tal-Ħadd tal-Ħniena Divina, tal-Kurunella ta’ qawwa tremenda (Ġesù jien nafda fik) u tar-ritratt grafiku ta’ Ġesù Kristu.

Santa Fawstina għexet ħajja ta’ qdusija kbira. Id-djarju tagħha Il-Ħniena Divina f’Ruħi, jagħtina ritratt mill-aktar qawwi ta’ Ġesù. F’dan ir-ritratt naraw lil Ġesù bħala l-Ħellies ta’ ħniena infinita li qed jittallab lill-bnedmin biex jagħmlu użu mill-ħniena tiegħu.

Minkejja l-edukazzjoni bażika tagħha, id-djarju ippublikat tagħha huwa xogħol ewlieni fil-letteratura mistika. Fil-paġni ta’ dan id-djarju wieħed jara l-iżvilupp spiritwali tar-ruħ.

Il-ħeġġa tal-qaddisa fuq il-ħniena bla tarf ta’ Alla hija punt dottrinali importanti. Fil-fatt, Ġesù saħqilha li suritu tkun impittra u li twaqqaf ordni reliġjuż ġdid iddedikat għal dan il-messaġġ. Mill-ordnijiet li rċeviet, it-twaqqif tal-ordni ma rnexxiex imma l-ordni oriġinali tagħha huwa iddedikat lill-Ħniena Divina u lill-missjoni tagħha li tkun “Appostlu tal-Ħniena Divina”.

Barra minhekk, il-viżjoni tal-qaddisa tal-ħniena ta’ Alla tiżviluppa b’mod ġdid it-twemmin tal-Knisja Kattolika fuq il-maħfra filwaqt li issaħħaħ il-kliem ta’ Ġesù: “Jien ma ġejtx biex nagħmel ħaqq mid-dinja, iżda biex insalva d-dinja” (Ġw 12, 47).

Fl-aħħarnett, id-djarju huwa ġabra sħiħa fuq waħda mid-duttrini fundamentali tal-Kattoliċiżmu, il-fidwa. Il-ktieb jagħtina kemm l-istorja ta’ ruħ u kif ukoll manwal dwar dak li jrid jitwettaq biex wieħed jilħaq livelli aktar għolja ta’ konverżjoni.

Addattata minn kitba ta’ Patri Mario Attard OFM Cap

Advertisements